
GettyImages © ipopba
Aktar minn 60 % tal-Ewropej iħarsu b’mod pożittiv lejn ir-robots u l-IA fuq il-post tax-xogħol u aktar minn 70 % jemmnu li dawn itejbu l-produttività. Filwaqt li l-maġġoranza tappoġġja l-użu tar-robots u l-IA biex jittieħdu deċiżjonijiet fuq il-post tax-xogħol, 84 % tal-Ewropej jaħsbu li l-IA teħtieġ ġestjoni bir-reqqa biex tipproteġi l-privatezza u tiżgura t-trasparenza fuq il-post tax-xogħol.
Il-Viċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali u l-Ħiliet, Impjiegi ta’ Kwalità u Tħejjija, Roxana Mînzatu, qalet:
“L-intelliġenza artifiċjali qed issir parti integrali mill-postijiet tax-xogħol moderni. Irridu nużawha b'mod li jgħin kemm lill-ħaddiema kif ukoll jipproteġihom. Għandna bażi b’saħħitha ta’ regoli, bil-GDPR tagħna, l-Att dwar l-IA, u d-Direttiva dwar ix-xogħol fuq il-pjattaformi. Se nħarsu lejn kif dawn ir-regoli jiġu applikati biex jindirizzaw l-impatt tal-IA fis-suq tax-xogħol usa’.”
Ir-riżultati tal-istħarriġ jallinjaw ma’ wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Kumpass tal-Kompetittività tal-UE, biex it-teknoloġiji diġitali u l-IA jiġu integrati fil-postijiet tax-xogħol biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u l-produttività. L-UE allokat €2 biljun mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u €23 biljun mill-Fond għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) lill-Istati Membri biex tappoġġa l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali. Il-Programm Ewropa Diġitali investa wkoll €580 miljun biex javvanza l-ħiliet diġitali bejn l-2021 u l-2027.
Aktar informazzjoni dwar l-Ewrobarometru dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u l-futur tax-xogħol.