Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Digibyte | Pubblikazzjoni

l-Ewropa timpenja ruħha għall-innovazzjoni fis-semikondutturi b’faċilitajiet ġodda ta’ ttestjar

Illum, il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi tal-Impriża Konġunta dwar iċ-Ċipep għażel il-konsorzji li se jimplimentaw erba’ linji pilota għat-teknoloġija tas-semikondutturi. Dan huwa pass ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep, b’mod partikolari għall-Inizjattiva tiegħu dwar iċ-Ċipep għall-Ewropa.

Europe commits to semiconductor innovation with new testing facilities

iStock photo Getty images plus

Dawn il-linji pilota huma faċilitajiet pijunieri, tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku biex jittestjaw, jesperimentaw, u jivvalidaw teknoloġiji tas-semikondutturi u kunċetti tad-disinn tas-sistemi, u jistgħu jiffurmaw il-bażi għall-produzzjoni tas-semikondutturi tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-Ewropa. Dawn se jkunu aċċessibbli għall-akkademja, l-industrija u l-istituzzjonijiet tar-riċerka minn madwar l-UE kollha.

Sa EUR 1.67 biljun ta’ finanzjament tal-UE mill-Programm Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa se jmorru għall -finanzjament ta’ dawn il-linji pilota avvanzati, li jinkludu l-akkwist ta’ tagħmir, l-istabbiliment, l-integrazzjoni, l-iżvilupp tal-proċessi, u l-attivitajiet operazzjonali. Dan se jitqabbel ma’ investimenti mill-Istati Membri, biex jintlaħaq total ta’ EUR 3.3 biljun ta’ impenji. 

Il-konsorzji ospitanti magħżula jinkludu organizzazzjonijiet ewlenin fid-dinja mill-Istati Membri inklużi l-Belġju, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, il-Finlandja u l-Iżvezja.

Il-passi li jmiss se jinvolvu l-formalizzazzjoni tal-ftehimiet ma’ kull konsorzju u d-dettalji tal-pjanijiet ta’ akkwist pluriennali. Jekk jogħġbok sib aktar informazzjoni fl-istqarrija għall- istampa tal-Impriża Konġunta dwar iċ-Ċipep.

Aktar informazzjoni