Ir-rapporti tal-pajjiżi tad-Deċennju Diġitali tal-2023 jiddeskrivu kif kull Stat Membru qed jagħmel fir-rigward tal-punti kardinali tad-Deċennju Diġitali: Il-Ħiliet Diġitali, l-Infrastrutturi Diġitali, id-Diġitalizzazzjoni tan-Negozji u d-Diġitalizzazzjoni tas-Servizzi Pubbliċi.
Il-Kummissjoni Ewropea ilha timmonitorja l-progress diġitali tal-Istati Membri permezz tar-rapporti tal-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI) mill-2014. Mill-2023, u f’konformità mal-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali għall-2030, id- DESI issa huwa integrat fir-rapport dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali u jintuża biex jimmonitorja l-progress lejn il-miri diġitali.