Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tesprimi s-sodisfazzjon tagħha bil-ftehim politiku li jiżgura li l-vjaġġaturi tal-UE jistgħu jkomplu jibbenefikaw minn roaming bla ħlas

Ir-Regolament il-ġdid se jestendi sal-2032 is-sistema eżistenti fejn iċ-ċittadini ma jistgħux ikunu suġġetti għal tariffi żejda għal telefonati jew għad-data użata tul l-ivjaġġar fl-UE u se twassal ukoll għal vantaġġi ġodda.

iStock photo Getty Images plus

Margrethe Vestager, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, qalet:

Sa mill-2017 gawdejna mit-tmiem tat-tariffi tar-roaming. U, llum żgurajna li nistgħu nżommu dawn il-benefiċċji għal 10 snin oħra biex nibqgħu konnessi u nċemplu, nibagħtu messaġġi u ninnavigaw l-interneT mingħajr spejjeż żejda, meta nivvjaġġaw fl-UE. Fl-istess ħin, b’dan ir-regolament il-ġdid intejbu wkoll il-kwalità tal-esperjenza tar-roaming.

Thierry Breton, il-Kummissarju għas-Suq Intern, qal:

Tqatta’ vaganzi fil-Greċja, l-Awstrija jew il-Bulgarija. Żjara lil klijenti jew fornituri fl-Italja jew fl-Estonja... Il-vjaġġ barra mill-pajjiż mingħajr ma jkollok għalfejn tinkwieta dwar il-kontijiet tat-telefown huwa parti tanġibbli mill-esperjenza tas-Suq Uniku tal-UE għall-Ewropej kollha. Illum, ma aħniex biss niżguraw li din l-esperjenza tkompli, iżda qegħdin intejbuha: kwalità aħjar, servizzi aħjar, aktar trasparenza.

 

Stqarrija għall-istampa kompluta

 

Aktar

Mistoqsijiet u Tweġibiet aġġornati dwar ir-Regolament il-ġdid dwar ir-Roaming

Ir-roaming fl-UE

Mistoqsijiet u Tweġibiet “Roaming”

Rapporti u Studji dwar ir-Roaming

Fuljett dwar ir-roaming