Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Regoli ġodda dwar ir-responsabbiltà għall-prodotti biex jipproteġu lill-konsumaturi u jrawmu l-innovazzjoni

Il-Kummissjoni adottat żewġ proposti biex tadatta r-regoli dwar ir-responsabbiltà għall-era diġitali, l-ekonomija ċirkolari u l-impatt tal-ktajjen tal-valur globali.

graphism showing a cross section of a brain surrounded by a digital connections

iStock photo Getty images plus

Il-Kummissarju għas-Suq Intern, Thierry Breton, qal: 

Id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti ilha l-pedament tas-suq intern għal erba’ deċennji. Il-proposta tal-lum se tagħmilha adatta biex twieġeb għall-isfidi tad-deċennji li ġejjin. Ir-regoli l-ġodda se jirriflettu l-ktajjen tal-valur globali, irawmu l-innovazzjoni u l-fiduċja tal-konsumatur, u jipprovdu ċertezza legali aktar b’saħħitha għan-negozji involuti fit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali.

Stqarrija għall-istampa kompluta