Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-pjattaformi online għamlu enfasi speċjali fuq l-elezzjonijiet fit-tielet lott ta’ rapporti skont il-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni

Illum, il-firmatarji tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni, inklużi pjattaformi online ewlenin bħal Google, Meta, Microsoft u TikTok, ippubblikaw it-tielet sett ta’ rapporti li jispjegaw fid-dettall l-azzjonijiet li qed jieħdu biex jiġġieldu t-tixrid tad-diżinformazzjoni online, b’enfasi partikolari fuq l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin f’Ġunju.

Online platforms put special focus on elections in the third batch of reports under the Code of Practice on Disinformation

© Alicja Nowakowska GettyImages

Disponibbli fiċ- Ċentru ta’ Trasparenza, ir-rapporti jinkludu l-miżuri li l-firmatarji diġà implimentaw jew qed jippjanaw li jieħdu l-quddiem u matul l-elezzjonijiet Ewropej, kif ukoll salvagwardji relatati mar-riskji tal-IA ġenerattiva.

Věra Jourová, il-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza, qalet:

Il-Kodiċi juri li huwa għodda aġli, fejn il-firxa sħiħa ta’ atturi, inklużi pjattaformi, is-soċjetà ċivili, l-industrija tar-reklamar, eċċ. jingħaqdu flimkien biex jaħdmu fuq l-aħjar miżuri possibbli biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni u jitnaqqsu r-riskji ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni. Hekk kif il-pjattaformi jiddeskrivu l-miżuri li għaddejjin bħalissa, inħeġġiġhom jintensifikaw l-isforzi sabiex jitħejjew u jirreaġixxu malajr għat-theddid barrani ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u ta’ diżinformazzjoni matul l-elezzjonijiet.

Thierry Breton, il-Kummissarju għas-Suq Intern, qal:

Biċ-ċittadini Ewropej dalwaqt jitfgħu l-voti tagħhom għal Parlament Ewropew ġdid, il-pjattaformi jridu jużaw kull għodda għad-dispożizzjoni tagħhom, mill-moderazzjoni tal-kontenut sat-tikkettar ta’ deep fakes, biex jiżguraw ambjent ta’ informazzjoni ħieles u ġust. Bil-linji gwida elettorali tad-DSA li qed nippreżentaw illum, aħna nispeċifikaw dak li nistennew li dawn l-obbligi jissarrfu f’azzjoni konkreta. Dan ma jikkonċernax biss il-konformità; huwa dwar is-salvagwardja tal-pedamenti stess tad-demokraziji tagħna.

F’dawn ir-rapporti l-pjattaformi jipprovdu l-miżuri tagħhom biex jipproteġu l-integrità tal-elezzjonijiet, bħall-ħtieġa li dawk li jirreklamaw jew il-kreaturi jittikkettaw b’mod ċar kull meta immaġni, vidjo jew awdjo jkunu nħolqu jew inbidlu diġitalment, b’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet ta’ verifika tal-fatti, il-promozzjoni ta’ informazzjoni ta’ kwalità għolja u awtorevoli lill-votanti, u l-iżvilupp ta’ kampanji mmirati ta’ litteriżmu medjatiku u prebunking. l-ewwel rapporti ġew ippubblikati fi Frar 2023 u f’ Settembru 2023. Is-sett li jmiss huwa mistenni fil-ħarifa 2024.

Il-Kummissjoni tipprevedi li tniedi malajr il-proċedura rigward ir-rikonoxximent tal-Kodiċi ta’ Prattika bħala Kodiċi ta’ Kondotta skont l- Att dwar is-Servizzi Diġitali. Il-Kummissjoni adottat ukoll l-ewwel linji gwida tad-DSA dwar l-elezzjonijiet għal pjattaformi online u magni tat-tiftix kbar ħafna.

 

Aktar informazzjoni dwar il-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni