Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

It-tieni rapport dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali jappella għal azzjoni kollettiva msaħħa biex tiġi xprunata t-trasformazzjoni diġitali tal-UE

Il-Kummissjoni ppubblikat it-tieni rapport dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali, li jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva lejn il-progress li sar fit-tfittxija biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri diġitali stabbiliti għall-2030 mill-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali (DDPP).

Second report on the State of the Digital Decade calls for strengthened collective action to propel the EU's digital transformation

Din is-sena, għall-ewwel darba, ir-rapport huwa akkumpanjat minn analiżi tal-pjanijietdirezzjonali strateġiċi nazzjonali tad-Deċennju Diġitali ppreżentati mill-Istati Membri, li jagħtu dettalji dwar il-miżuri, l-azzjonijiet u l-finanzjament nazzjonali ppjanati biex jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni diġitali tal-UE.

L-analiżi tal-Kummissjoni turi li, fix-xenarju attwali, l-isforzi kollettivi tal-Istati Membri mhux se jilħqu l-livell ta’ ambizzjoni tal-UE. Il-lakuni identifikati jinkludu l-ħtieġa għal investimenti addizzjonali, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ħiliet diġitali, il-konnettività ta’ kwalità għolja, l-adozzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA) u l-analitika tad-data mill-intrapriżi, il-produzzjoni tas-semikondutturi u l-ekosistemi tan-negozji ġodda.

Kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri għandhom rwol importanti x’jaqdu fl-infurzar tal-qafas legali l-ġdid, jieħdu azzjoni biex irawmu t-tixrid tat-teknoloġiji diġitali u jiżguraw li ċ-ċittadini tagħha jkunu mgħammra b’ħiliet diġitali adegwati biex jibbenefikaw bis-sħiħ mit-trasformazzjoni diġitali. Huwa għalhekk li r-rapport ta’ din is-sena huwa sejħa għal azzjoni msaħħa biex l-Istati Membri jkunu aktar ambizzjużi, peress li l-ilħuq tal-għanijiet tad-Deċennju Diġitali fl-infrastruttura diġitali, fin-negozji, fil-ħiliet u fis-servizzi pubbliċi huwa kritiku għall-prosperità ekonomika futura tal-UE u għall-koeżjoni soċjetali.

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni aġġornat ukoll rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u trasversali għal kull Stat Membru tal-UE biex jiġu indirizzati l-lakuni identifikati.

Aqra l-istqarrija għall-istampa sħiħa.

Sib aktar informazzjoni