Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

L-UE u l-Istati Uniti jsaħħu l-kooperazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà

L-UE u l-Istati Uniti ħadu pass importanti biex ikomplu jsaħħu r-reżiljenza ċibernetika reċiproka tagħhom u jrawmu ċiberspazju globali sigur.

EU and United States enhance cooperation on cybersecurity

iStock photo Getty images plus

Matul iż-żjara tiegħu f’Washington D.C., Thierry Breton, il-Kummissarju għas-Suq Intern ħareġ dikjarazzjoni konġunta ma’ Alejandro N. Mayorkas, is-Segretarju tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti, fejn fakkar fl-importanza tal-kooperazzjoni bejn sħab tal-istess fehma biex jiġi indirizzat xenarju ta’ theddid ċibernetiku li qed jinbidel b’mod kostanti.

Huma ddiskutew il-Pjan ta’ Azzjoni Konġuntbejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-Prodotti Ċibernetiċi, riżultat tas-Summit bejn l-UE u l-Istati Uniti f’Ottubru 2023, li jiddeskrivi l-passi għal aktar kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-aġenziji regolatorji rilevanti tal-Istati Uniti biex iħejju t-triq biex jiġi esplorat ir-rikonoxximent reċiproku dwar ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà fuq il-prodotti tal-konsumatur tal-hardware u tas-software tal-Internet tal-Oġġetti (IoT). Il-pjan ta’ Azzjoni jibni fuq il-qafas tal-Att tal-UE dwar ir-Reżiljenza Ċibernetikau fuq il-programm propost tal-Istati Uniti dwar it-tikkettar taċ-ċibersigurtà Cyber Trust Mark Act.

Iż-żewġ naħat qablu wkoll li javvanzaw il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, il-ġestjoni tal-kriżijiet, is-sigurtà tas-software, il-kriptografija postkwantistika u ċ-ċibersigurtà tal-intelliġenza artifiċjali skont id-djalogu ċibernetiku bejn l-UE u l-Istati Uniti. Barra minn hekk, l-UE ħabbret li ser tingħaqad mad-dikjarazzjoni ta’ politika tal-Inizjattiva Globali Kontra r-Ransomware immexxijamill-Istati Uniti, li timpenja lill-UE u lill-awtoritajiet tal-gvern tas-27 Stat Membru tagħha biex ma jħallsux riskatt lill-kriminali ċibernetiċi.

Il-Kummissarju Thierry Breton ikkonkluda:

Flimkien mas-sħab Amerikani tagħna, qed naġixxu b’ħeffa u b’ambizzjoni biex niġġieldu t-theddida dejjem tikber minn atturi ċibernetiċi malizzjużi fuq il-fronti kollha. L-ewwel nett, bil-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt għal Prodotti Ċibernetiċi Sikuri fis-seħħ, issa se naħdmu flimkien b’mod konkret biex inrawmu suq transatlantiku għal prodotti diġitali fdati u nippromwovu l-istandards għoljin taċ-ċibersigurtà tagħna globalment. Barra minn hekk, aħna nimpenjaw ruħna b’mod sod li la l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE, u lanqas l-awtoritajiet tal-gvern nazzjonali tal-Istati Membri tagħna, ma se jħallsu r-riskatt lil tali kriminali ċibernetiċi.  

Aktar informazzjoni