Skip to main content
Shaping Europe’s digital future

Il-Forum għal Internet Aktar Sikur huwa l-konferenza internazzjonali annwali ewlenija dwar is-sikurezza online tat-tfal fl-Ewropa.

Il-Forum għal Internet Aktar Sikur huwa l-konferenza internazzjonali annwali ewlenija dwar is-sikurezza online tat-tfal fl-Ewropa taħt l-istrateġijal-ġdidagħal internet aħjar għat-tfal (BIK+). Kull sena, f’Novembru, il-Forum għal Internet Aktar Sikur ilaqqa’ flimkien partijiet ikkonċernati minn pajjiżi madwar l-Ewropa kollha, u xi drabi lil hinn minnha, biex jiddiskutu l-aħħar xejriet, riskji u soluzzjonijiet relatati mas-sikurezza online tat-tfal u l-impatt tat-teknoloġija fuq l-individwi u s-soċjetà.

Mill-ewwel edizzjoni tiegħu fl-2004, il-forum attira madwar 300 parteċipant kull sena, u d-doppju f’ambjent online, inklużi rappreżentanti minnĊentri nazzjonaligħal Internet Aktar Sikur, ministeri, gvernijiet u Istituzzjonijiet Ewropej. Attendew ukoll il-ġenituri, l-għalliema, il-carers, l-akkademiċi, ir-riċerkaturi, il-ħaddiema soċjali, is-sħab tal-industrija u l-NGOs.

Karatteristika waħda tal-forum hija l-involviment dirett taż-żgħażagħ permezz tal-Paneltaż-Żgħażagħtal-BIK, li jippreżentaw l-ideat tagħhom għal internet aħjar u aktar sikur u r-riżultati tal-proċessi ta’ kokreazzjoni tagħhom, li jseħħu matul is-sena. 

Id-dettalji, id-diskussjonijiet, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha mill-avvenimenti jistgħu jinstabu fuq is-sitweb iddedikat tal-Forum għal Internet Aktar Sikur fuq il-portal better-internet-for-kids.europa.eu.

  • 2025: Għaliex l-età hija importanti: Il-protezzjoni u l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ fl-eradiġitali.
  • 2024: "Fejn hi l-ħsara? Il-protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ kontra kontenut mhux xieraq u l-bullying online"
  • 2023: “L-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ bil-ħiliet għad-deċennju diġitali”
  • 2022: “Deċennju Diġitali għat-tfal u ż-żgħażagħ: BIK+ għall-protezzjoni, l-għoti tas-setgħa u r-rispett!”
  • 2021: “Insawru #DigitalDecade4YOUth – kif nagħmlu d-Deċennju Diġitali tal-Ewropa adattat għat-tfal u ż-żgħażagħ”
  • 2020: “Vantaġġi (ż)diġitali: il-ħolqien ta’ dinja inklużiva għat-tfal u ż-żgħażagħ online”
  • 2019: “Mill-vjolenza online għar-rispett diġitali”
  • 2018: "L-impatt tat-teknoloġija fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u s-soċjetà"
  • 2017: “Mit-teknoloġija tat-tfal għal żgħażagħ reżiljenti – kif jista’ jitrawwem il-benesseri online?”
  • 2016: “Kun il-bidla: prinċipji, politiki u prattiki għal internet aħjar”
  • 2015: “Negħlbu l-ostakli għal internet aħjar”
  • 2014: “Nikbru b’mod diġitali”
  • 2013: “Internet Aħjar Miegħek (minn hawn ’il quddiem)”
  • 2012: “Internet aktar sikur/aħjar huwa responsabbiltà kondiviża bejnietna lkoll”
  • 2011: "Kull tifel u tifla Ewropej diġitali b'mod sikur - Sfidi emerġenti u involviment taż-żgħażagħ"
  • 2010: “Opportunitajiet u riskji online”
  • 2009: “Il-promozzjoni tas-sikurezza online fl-iskejjel”
  • 2008: “In-networking soċjali u t-tfal, il-verifika tal-età, l-użu mit-tfal ta’ teknoloġiji online u l-klassifikazzjoni tal-media”
  • 2007: “L-abbuż sesswali tat-tfal relatat mal-internet, is-sensibilizzazzjoni u l-konverġenza tat-teknoloġiji online”
  • 2006:“L-użu mit-tfal ta' media ġdida u l-imblukkar tal-aċċess għal kontenut illegali”
  • 2005: “Is-sikurezza tat-tfal u l-mowbajls”
  • 2004: “Lejn Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew għall-Fornituri tas-Servizz tal-Internet – protezzjoni tal-minorenni”

L-Aħħar Aħbarijiet

Boy sitting alone on stairs, looking at his phone with his head in his hand, surrounded by angry and upsetting text message bubbles, illustrating cyberbullying.
  • Rapport / Studju
  • 27 Marzu 2026

Id-dokument tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) “Protecting children on social media” (Il-protezzjoni tat-tfal fuq il-media soċjali) jenfasizza t-tħassib madwar l-UE dwar l-użu tat-tfal tal-media soċjali u l-limiti tal-età legali fuq l-użu tal-media soċjali mit-tfal.

Kontenut Relatat

Ħarsa globali

L-Istrateġija għal Internet aħjar għat-tfal (BIK+) se tiżgura li t-tfal ikunu protetti, rispettati u mogħtija s-setgħa online.