L-att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika huwa l-ewwel leġiżlazzjoni tat-tip tiegħu fid-dinja. Dan se jtejjeb il-livell taċ-ċibersigurtà tal-prodotti diġitali għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tan-negozji madwar l-UE, peress li jintroduċi rekwiżiti obbligatorji proporzjonati taċ-ċibersigurtà għall-hardware u s-software kollu, li jvarjaw minn monitors tat-trabi, arloġġi intelliġenti u logħob tal-kompjuter għal firewalls u routers. Prodotti b’livelli differenti ta’ riskju assoċjat se jkollhom rekwiżiti ta’ sigurtà differenti. Inqas minn 10 % tal-prodotti se jkunu soġġetti għal valutazzjonijiet minn partijiet terzi.
Related content
Factsheet / infographic | 01 Diċembru 2023
L-att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika jintroduċi rekwiżiti obbligatorji taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-hardware u tas-software, matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom.