Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Infrastruttura Kritika: Il-Kummissjoni taċċellera l-ħidma biex tinbena r-reżiljenza Ewropea

Il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika tal-UE. Il-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tibni fuq il-pjan ta’ 5-il punt għal infrastruttura kritika reżiljenti ppreżentat mill-President von der Leyen fil-Parlament Ewropew fil-5 ta’ Ottubru.

ritratt ta’ kamra tal-kontroll bil-moniters u skrin kbir tal-ħajt

L-entitajiet kritiċi Ewropej huma aktar interkonnessi u interdipendenti, li jagħmilhom aktar b’saħħithom u aktar effiċjenti iżda wkoll aktar vulnerabbli f’każ ta’ inċident. Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna ġabet magħha riskji ġodda, attakki fiżiċi u ċibernetiċi, spiss ikkombinati bħala theddida ibrida. Is-sabotaġġ tal-pipelines tal-gass Nord Stream u inċidenti reċenti oħra għamluha ċara li r-reżiljenza tal-infrastruttura kritika tal-UE tinsab mhedda.  Hemm bżonn urġenti ta’ azzjoni biex tiżdied il-kapaċità tal-UE li tipproteġi lilha nnifisha kontra attakki fuq infrastruttura kritika, kemm fl-UE kif ukoll fil-viċinat dirett tagħha.

Stqarrija għall-istampa kompluta