B’kollox, ġew iddeżinjati 22 servizz ewlieni tal-pjattaforma pprovduti mill-gwardjani. Is-sitt gwardjani issa se jkollhom sitt xhur biex jiżguraw konformità sħiħa mal-obbligi tad-DMA għal kull wieħed mis-servizzi ewlenin tal-pjattaforma ddeżinjati tagħhom.
Skont l-Att dwar is-Swieq Diġitali, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tiddeżinja pjattaformi diġitali bħala “gwardjani” jekk dawn jipprovdu gateway importanti bejn in-negozji u l-konsumaturi fir-rigward tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma. Id-deċiżjonijiet ta’ deżinjazzjoni tal-lum isegwu proċess ta’ rieżami ta’ 45 jum imwettaq mill-Kummissjoni wara n-notifika minn Alphabet, Amazon, Apple, ByteDance, Meta, Microsoft u Samsung tal-istatus potenzjali tagħhom bħala gwardjani.
Stqarrija għall-istampa kompluta