Billi jsegwu u jespandu l-mudell tal-pjattaforma GovTech, li diġà jintuża f’forom differenti minn GovTech Labs madwar l-Ewropa, l-amministrazzjonijiet pubbliċi madwar l-Ewropa jistgħu jaħdmu flimkien aktar faċilment biex isolvu l-isfidi kondiviżi u jadattaw il-proġetti eżistenti b’mod aktar kosteffettiv għall-ħtiġijiet individwali tagħhom. L-użu tal-mudell GovTech fl-UE-27 se joffri l-benefiċċji tal-iskala kemm lill-amministrazzjonijiet pubbliċi kif ukoll lill-fornituri tas-servizzi diġitali.