Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Id-deċennju Diġitali tal-2030: Il-Kummissjoni tadotta indikaturi biex timmonitorja t-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa u toħroġ gwida lill-Istati Membri

Illum, il-Kummissjoni adottat l-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) biex tippermetti l-kejl tal-progress li sar fl-ilħuq tal-miri tad-Deċennju Diġitali tal-2030, u ħarġet gwida dwar kif l-Istati Membri jenħtieġ li jistrutturaw il-pjanijiet direzzjonali nazzjonali tagħhom, biex jilħqu l-miri diġitali.

slide with text Let's make this Europe's Digital Decade

European Commission

Kull indikatur se jkejjel kif qed tagħmel l-UE fl-ilħuq tal-miri dwar l-infrastruttura diġitali, il-ħiliet, in-negozju u s-servizzi pubbliċi. Il-Kummissjoni se tippreżenta l-progress li sar fl-ewwel rapport dwar l-istat tad-Deċennju Diġitali, li għandu jiġi ppubblikat wara s-sajf. Aktar minn hekk, l-Istati Membri għandhom jużaw l-indikaturi biex jiddefinixxu t-trajettorji nazzjonali tagħhom biex isegwu l-miri fil-livell nazzjonali.

Margrethe Vestager, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, qalet:

Bid-deċennju Diġitali tal-2030, wittejna t-triq lejn it-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa flimkien mal-Istati Membri. Il-monitoraġġ tal-progress huwa essenzjali biex inżommu ruħna fit-triq it-tajba u biex niksbu b’mod kollettiv il-futur diġitali previst.

Thierry Breton, il-Kummissarju għas-Suq Intern, qal:

Id-deċennju Diġitali tal-2030 huwa l-pjan industrijali tagħna għat-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa, b’miri speċifiċi fil-qasam tal-infrastruttura diġitali, il-ħiliet, in-negozju u s-servizzi tal-gvern. Issa rridu nsarrfu dak il-pjan fi trajettorji konkreti biex nilħqu l-miri. Bis-saħħa tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li ddefinixxejna llum, se nkunu nistgħu nkejlu l-progress tagħna tul dawn it-trajettorji u niżguraw li nkunu nistgħu nilħqu l-ambizzjonijiet tagħna. Billi naħdmu flimkien, se nkunu nistgħu nieħdu vantaġġ sħiħ mill-possibbiltajiet offruti mit-teknoloġiji diġitali fil-ħajja ta’ kuljum u professjonali tagħna minn hawn sal-2030.

L-Istati Membri għandhom jadottaw pjanijiet direzzjonali nazzjonali sad-9 ta’ Ottubru. Huma se jistabbilixxu t-trajettorji nazzjonali tagħhom u l-miżuri ta’ politika li beħsiebhom jieħdu bħala kontribut għall-isforz kollettiv tal-UE biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri sal-2030.

Gwida għall-Istati Membri dwar it-tħejjija tal-pjanijiet direzzjonali strateġiċi nazzjonali tad-Deċennju Diġitali

&P’ > Deċiżjonita’ implimentazzjoni li tistabbilixxi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jitkejjel il-progress lejn il-miri diġitali

Miri tad-Deċennju Diġitali