
iStock photo Getty Images plus
Dan issegwi sejħa għall-evidenza ppubblikata fl-21 ta’ Diċembru 2021 li tiddeskrivi l-għanijiet ewlenin tal-inizjattiva, l-għażliet u l-impatti possibbli.
Il-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza, Věra Jourová, qalet:
Il-midja hija pilastru tad-demokrazija. Iżda llum dan il-pilastru qed jixxaqqaq, b’tentattivi mill-gvernijiet u gruppi privati biex jagħmlu pressjoni fuq il-media. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni qed tipproponi regoli u salvagwardji komuni li jħarsu l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-media. Il-ġurnalisti għandhom ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom, jinfurmaw liċ-ċittadini u jkollhom is-setgħa li jagħtu kont ta’ għemilhom mingħajr biża’ jew favurihom. Issa qed nikkonsultaw b’mod wiesa’ biex noħorġu bl-aqwa proposta.
Il-Kummissarju għas-Suq Intern Thierry Breton, qal:
Irridu niżguraw li l-midja Ewropea tibqa’ indipendenti, innovattiva u sostenibbli, u topera mingħajr ebda interferenza mhux ġustifikata fl-attivitajiet tagħhom, kemm jekk privati kif ukoll pubbliċi. Illum qed inniedu l-konsultazzjoni tagħna dwar l-Att dwar il-Libertà tal-Media li ġej: irridu nisimgħu l-fehmiet tiegħek u nesploraw is-soluzzjonijiet tiegħek għal suq tal-media reżiljenti, li jagħti informazzjoni diversa u affidabbli liċ-ċittadini.