Il-Kumitat ta' Kuntatt jissorvelja l-implimentazzjoni tal-AVMSD u l-iżviluppi fis-settur, u huwa forum għall-iskambju ta' fehmiet.
Il-Kumitat ta' Kuntatt tal-AVMSD (l-Artikolu 29) jittratta mhux biss il-politika awdjoviżiva eżistenti iżda wkoll l-iżviluppi rilevanti li jirriżultaw f'dan is-settur. Il-Kumitat jappoġġja d-diversi obbligi ta’ rappurtar skont l-AVMSD.
Il-kumitat għandu jagħti attenzjoni speċjali lill-iżviluppi tekniċi fis-settur awdjoviżiv.
Ippresedut mill-Kummissjoni u magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, jista' jitlaqqa' fuq talba ta' kwalunkwe delegazzjoni.
Għal lista ta’ dokumenti tal-laqgħat, jekk jogħġbok ara r-Reġistru tal-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili.
Informazzjoni addizzjonali
Dokumenti preċedenti prodotti mill-Kumitat ta' Kuntatt
L-Artikolu 29 tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva:
- Kumitat ta' kuntatt huwa stabbilit taħt il-patroċinju tal-Kummissjoni. Għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u jiltaqa' jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq talba tad-delegazzjoni ta' Stat Membru.
- Il-kompiti tal-kumitat ta' kuntatt għandhom ikunu:
- li jiffaċilita l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva permezz ta' konsultazzjoni regolari dwar kwalunkwe problema prattika li tirriżulta mill-applikazzjoni tagħha, u b'mod partikolari mill-applikazzjoni tal-Artikolu 2, kif ukoll dwar kwalunkwe kwistjoni oħra li dwarha jitqies li jkun utli skambju ta' fehmiet;
- li jagħti opinjonijiet fuq inizjattiva proprja jew opinjonijiet mitluba mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' din id-Direttiva;
- li jkun forum għal skambju ta' fehmiet dwar liema kwistjonijiet għandhom jiġu ttrattati fir-rapporti li l-Istati Membri għandhom jippreżentaw skont l-Artikolu 16(3) u dwar il-metodoloġija tagħhom;
- li jiddiskuti l-eżitu tal-konsultazzjonijiet regolari li l-Kummissjoni jkollha mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tax-xandir, il-produtturi, il-konsumaturi, il-manifatturi, il-fornituri tas-servizzi u t-trejdjunjins u l-komunità kreattiva;
- li jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni u l-iżvilupp ta' attivitajiet regolatorji rigward servizzi tal-media awdjoviżiva, b'kont meħud tal-politika awdjoviżiva tal-Unjoni, kif ukoll l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tekniku;
- li jeżamina kwalunkwe żvilupp li jirriżulta fis-settur li dwaru jkun jidher utli skambju ta' fehmiet.
L-Aħħar Aħbarijiet
Kontenut Relatat
Ħarsa globali