L-att se jappoġġa l-ħolqien ta’ network ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi diġitali sovrani u interkonnessi u se jaċċellera t-trasformazzjoni diġitali tas-settur pubbliku tal-Ewropa. Dan se jgħin lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprovdu servizzi pubbliċi aħjar liċ-ċittadini u lin-negozji, u bħala tali, huwa pass essenzjali biex jintlaħqu l-miri diġitali tal-Ewropa għall-2030 u jiġu appoġġati l-flussi tad-data fdati. Dan se jgħin ukoll biex jiġu ffrankati l-ispejjeż, u l-interoperabbiltà transfruntiera tista’ twassal għal iffrankar tal-ispejjeż bejn EUR 5.5 u EUR 6.3 miljun għaċ-ċittadini u bejn EUR 5.7 u EUR 19.2 biljun għan-negozji li jittrattaw mal-amministrazzjonijiet pubbliċi.