Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Sett ta’ Għodod ta’ Konnettività: L-Istati Membri jaqblu dwar l-aħjar prattiki biex tingħata spinta lill-introduzzjoni f’waqtha tan-networks tal-5G u tal-fibra

L-Istati Membri tal-UE qablu dwar Sett ta’ Għodod għall-Konnettività mal-Unjoni kollha, rapport tal-aħjar prattiki li jqisu l-aktar effiċjenti fit-tnedija ta’ networks fissi u mobbli b’kapaċità għolja ħafna, inkluż il-5G.

Dawn jinkludu, pereżempju, il-permess ta’ eżenzjonijiet għal ċerti xogħlijiet ċivili; portal online uniku li jagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-permessi, ix-xogħlijiet ċivili u l-infrastruttura; inċentivi finanzjarji fl-irkanti tal-ispettru għal investimenti fin-netwerks; u miżuri li jappoġġaw il-konnettività bla fili biex jippermettu l-użu ta’ teknoloġiji fixkiela u makkinarju intelliġenti fis-setturi tal-manifattura u tal-industrija. Dawn l-aħjar prattiki se jgħinu lill-Istati Membri jiżguraw aċċess f’waqtu u li jiffavorixxi l-investiment għall-ispettru tal-5G għall-operaturi tal-mowbajls u utenti oħra tal-ispettru, inkluż għal applikazzjonijiet industrijali transfruntiera, eżempju ta’ dan fit-trasport, l-enerġija, il-kura tas-saħħa, jew l-agrikoltura. Dawn se jgħinu wkoll lill-operaturi jnaqqsu l-ispiża tal-implimentazzjoni tal-broadband tal-gigabits.

Thierry Breton, il-Kummissarju għas-Suq Intern, qal:

Fid-Deċennju Diġitali l-Ewropej kollha għandhom jibbenefikaw minn konnessjonijiet rapidi u siguri. Illum irridu nibdew nibdlu din l-ambizzjoni f’realtà. Is-sett ta’ Għodod għall-Konnettività huwa r-riżultat tal-kooperazzjoni u l-impenn tal-Istati Membri biex ineħħu l-ostakli u jagħtu spinta lill-introduzzjoni ta’ networks veloċi ħafna.

Is-sett ta’ Għodod għall-Konnettività tal-lum isegwi r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni f’Settembru 2020 li talbet lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-investiment f’infrastruttura ta’ konnettività tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna, inkluż il-5G, li hija l-aktar blokk fundamentali tat-trasformazzjoni diġitali u pilastru essenzjali tal-irkupru. Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni dwar id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa li tistabbilixxi l-għan li l-unitajiet domestiċi Ewropej kollha jiġu konnessi mal-veloċitajiet tal-gigabits u li tiġi żgurata kopertura tal-5G għaż-żoni popolati kollha fl-UE kif ukoll għar-rotot ewlenin tat-trasport. Is-sett ta’ Għodod għall-Konnettività jibni fuq id-Direttiva dwar it-Tnaqqis tal-Ispiża tal-Broadband, li bħalissa qed tiġi rieżaminata, u fuq il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi. Bħala l-pass li jmiss, l-Istati Membri għandhom jikkondividu mal-Kummissjoni sat-30 ta’ April 2021 il-pjanijiet direzzjonali individwali tagħhom biex jimplimentaw is-Sett ta’ Għodod.

Aktar informazzjoni