Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Viċi President Eżekuttiv Vestager u l-Viċi President Schinas fil-Forum Internazzjonali dwar iċ-Ċibersigurtà f’Lille

Margrethe Vestager, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, u Margaritis Schinas, il-Viċi President responsabbli għall-Unjoni tas-Sigurtà qed jipparteċipaw fil-Forum Internazzjonali dwar iċ-Ċibersigurtà li se jsir f’Lille, Franza sad-9 ta’ Ġunju ta’ għada.

graphic showing an integrated circuit with a lock above

iStock photo Getty Images plus

Il-Forum huwa wieħed mill-aktar avvenimenti importanti fl-Ewropa dwar iċ-ċibersigurtà li jiġbor flimkien il-professjonisti u l-partijiet ikkonċernati Ewropej fil-qasam taċ-ċibersigurtà biex jiddiskutu l-aħħar żviluppi fil-qasam u jiskambjaw fehmiet. Il-Viċi President Eżekuttiv Vestager illum ipparteċipat f’intervista kontinwa, li fiha enfasizzat l-azzjonijiet tal-UE mmirati biex itejbu l-fiduċja fit-teknoloġija u fil-ktajjen tal-provvista tal-ICT reżiljenti fil-kuntest tas-sigurtà ġeopolitika attwali. Il-Viċi President Schinas se jagħmel id-diskors tal-għeluq tal-Forum għada, u se jiffoka fuq iċ-ċibersigurtà bħala komponent essenzjali tal-istil ta’ ħajja tagħna, kemm online kif ukoll offline, u l-ħtieġa li jiġi indirizzat it-theddid għas-sigurtà fiżika u diġitali b’mod bla xkiel bħala parti mill-Unjoni Ewropea tas-Sigurtà.

Id-diskussjonijiet fil-Forum se jiffukaw ukoll fuq l-inizjattivi leġiżlattivi tal-UE li ġew iffinalizzati u maqbula mill-koleġiżlaturi f’dawn l-aħħar xhur, inkluż fost l-oħrajn ir-regoli l-ġodda dwar iċ-ċibersigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni (id-Direttiva NIS2), l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-Att dwar is-Swieq Diġitali, kif ukoll il-proposti tal-Kummissjoni għal Identità Diġitali affidabbli u sigura u miżuri għal ekonomija tad-data ġusta u innovattiva (l-Att dwar id-Data). Għall-ewwel darba, in-Network u ċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà li ġie stabbilit biex jimplimenta partijiet rilevanti tal-Programm Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa huwa ospitat taħt il-Paviljun tal-UE f’Lille. 

Aktar informazzjoni

Forum Internazzjonali dwar iċ-Ċibersigurtà

Unjoni tas-Sigurtà