Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Policy and legislation | Pubblikazzjoni

Linji gwida għall-fornituri ta’ VLOPs u VLOSEs dwar il-mitigazzjoni ta’ riskji sistemiċi għall-proċessi elettorali

Dan id-dokument fih gwida mmirata biex tappoġġa lill-fornituri ta’ VLOPs u VLOSEs biex jiżguraw li, fejn xieraq, jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jimmitigaw riskji speċifiċi marbuta mal-proċessi elettorali.

Il-fornituri ta’ VLOPs u VLOSEs għandhom jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2022/2065. Dawn il-linji gwida għandhom jitqiesu fil-qafas ta’ appoġġ għall-fornituri ta’ VLOPs u VLOSEs biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligu skont l-Artikolu 35 ta’ dak ir-Regolament vis-à-vis ir-riskji dwar il-proċessi elettorali.  Minbarra l-obbligu li jistabbilixxu miżuri ta’ mitigazzjoni raġonevoli, proporzjonati u effettivi għar-riskji relatati mal-proċessi elettorali skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2022/2065, il-fornituri tal-VLOPs u tal-VLOSEs iridu jsegwu l-obbligi legali l-oħra kollha fir-Regolament (UE) 2022/2065 li jistgħu jkunu rilevanti għall-elezzjonijiet. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, l-Artikoli 14 u, 17 dwar it-Termini u l-Kundizzjonijiet u d-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet, l-Artikoli 27 u 38 dwar is-Sistemi ta’ Rakkomandazzjoni, l-Artikoli 36 u 48 dwar il-Mekkaniżmi u l-Protokolli ta’ Rispons għall-Kriżijiet, l-Artikoli 15, 24, 37, 42 dwar it-Trasparenza u l-Awditi Indipendenti, l-Artikoli 26 u 39 dwar it-Trasparenza tar-Reklamar Online u l-Artikolu 40 dwar l-Aċċess għad-Data u l-Iskrutinju. 

Il- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Linji Gwida għall-fornituri tal-VLOPs u tal-VLOSEs dwar il-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi għall-proċessi elettorali ġiet adottata formalment mill-Kummissjoni fis-26 ta’ April 2024. It-test tal-abbozz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni huwa mehmuż bħala Anness għal din il-Komunikazzjoni.

Related content

l-Att dwar is-Servizzi Diġitali: Rapport ta’ sinteżi tal-konsultazzjoni pubblika dwar linji gwida għall-fornituri ta’ pjattaformi online kbar ħafna u magni tat-tiftix dwar il-mitigazzjoni ta’ riskji sistemiċi għall-proċessi elettorali

Consultation results | 26 Marzu 2024

Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-linji gwida dwar il-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi għall-proċessi elettorali skont l-Artikolu 35(3) tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali saret mit-8 ta’ Frar sas-7 ta’ Marzu 2024.