Il-proposta għal Regolament dwar l-intelliġenza artifiċjali tħabbret mill-Kummissjoni f’April 2021. Għandu l-għan li jindirizza r-riskji ta’ użi speċifiċi tal-IA, billi jikkategorizzahom f’ 4 livelli differenti: riskju inaċċettabbli, riskju għoli, riskju limitat, u riskju minimu.
B’dan il-mod, ir-Regolament dwar l-IA se jiżgura li l-Ewropej ikunu jistgħu jafdaw l-IA li jkunu qed jużaw. Ir-Regolament huwa kruċjali wkoll għall-bini ta’ ekosistema ta’ eċċellenza fl-IA u għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-UE li tikkompeti globalment. Dan imur id f’id mal-Pjan Ikkoordinat dwar l-IA.
Ara l-proposta għal Regolament fil-lingwi kollha tal-UE fuq EUR-Lex
Related content
Policy and legislation | 21 April 2021
Il-pjan Ikkoordinat dwar l-Intelliġenza Artifiċjali tal-2021 huwa l-pass li jmiss fil-ħolqien ta’ tmexxija globali tal-UE f’IA affidabbli.