
© iStock by Getty Images -1169999045 aismagilov
Ir-regoli tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà introdotti fl-2016 ġew aġġornati mid-Direttiva NIS2 li daħlet fis-seħħ fl-2023. Immodernizzat il-qafas legali eżistenti biex tlaħħaq maż-żieda fid-diġitalizzazzjoni u ma’ xenarju ta’ theddid għaċ-ċibersigurtà li qed jevolvi. Billi tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar iċ-ċibersigurtà għal setturi u entitajiet ġodda, tkompli ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċitajiet ta’ rispons għall-inċidenti tal-entitajiet pubbliċi u privati, tal-awtoritajiet kompetenti u tal-UE kollha kemm hi.
Id -Direttiva dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni (id-Direttiva NIS2)tipprovdi miżuri legali biex tingħata spinta lil-livell ġenerali taċ-ċibersigurtà fl-UE billi tiżgura:
- L-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri, billi jintalbu li jkunu mgħammra b’mod xieraq. Pereżempju, bi Skwadra ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRT) u awtorità kompetenti nazzjonali tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni (NIS),
- kooperazzjoni fost l-Istati Membri kollha, bit-twaqqif ta’ Grupp ta’ Kooperazzjoni biex jappoġġa u jiffaċilita l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri.
- kultura ta’ sigurtà fis-setturi kollha li huma vitali għall-ekonomija u s-soċjetà tagħna u li jiddependu ħafna fuq l-ICTs, bħall-enerġija, it-trasport, l-ilma, il-banek, l-infrastrutturi tas-suq finanzjarju, il-kura tas-saħħa u l-infrastruttura diġitali.
In-negozji identifikati mill-Istati Membri bħala operaturi ta’ servizzi essenzjali fis-setturi msemmija hawn fuq se jkollhom jieħdu miżuri ta’ sigurtà xierqa u jinnotifikaw lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti dwar inċidenti serji. Il-fornituri tas-servizzi diġitali ewlenin, bħall-magni tat-tiftix, is-servizzi tal-cloud computing u s-swieq online, se jkollhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sigurtà u tan-notifika skont id-Direttiva.
L-aħħar aħbarijiet
Kontenut Relatat
Ħarsa globali
L-Unjoni Ewropea taħdem fuq diversi fronti biex tippromwovi r-reżiljenza ċibernetika, tissalvagwardja l-komunikazzjoni u d-data tagħna u żżomm is-soċjetà u l-ekonomija online siguri.
Ħarsa aktar fil-fond
Il-Kummissjoni, flimkien mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tiżgura t-traspożizzjoni tad-Direttiva NIS fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Ara Wkoll
L-operaturi tas-Servizzi Essenzjali (OES), l-Awtoritajiet Nazzjonali taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (NCCAs) u l-Awtoritajiet Kompetenti Nazzjonali (NCAs) għaċ-ċibersigurtà huma fost l-applikanti magħżula li se jirċievu EUR 11-il miljun f’finanzjament mis-sejħa taċ...
In-Netwerk Ewropew taċ-Ċibersigurtà u ċ-Ċentru ta’ Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jgħinu lill-UE żżomm u tiżviluppa l-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali taċ-ċibersigurtà.
Il-Grupp taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tal-Partijiet Ikkonċernati ġie stabbilit biex jipprovdi pariri dwar kwistjonijiet strateġiċi rigward iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.
L-Att dwar iċ-Ċibersigurtà jsaħħaħ l-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u jistabbilixxi qafas taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti u s-servizzi.
Il-qafas taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tal-UE għall-prodotti tal-ICT jippermetti l-ħolqien ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni tal-UE mfassla apposta u bbażati fuq ir-riskju.