Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Aktar minn 81 % tar-residenti tal-UE li jivvjaġġaw madwar l-UE u ż-ŻEE jibbenefikaw minn telefonati, messaġġi u użu ta’ data mobbli mingħajr tariffi żejda

L-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-Kummissjoni dwar ir-Roaming juri li aktar minn 81 % tar-residenti tal-UE li vvjaġġaw f’dawn l-aħħar sentejn, huma konxji ta’ u jibbenefikaw minn telefonati, messaġġi u użu ta’ data mobbli, mingħajr ma jġarrbu spejjeż żejda meta jivvjaġġaw fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

photo of a waiting woman  in a train station seated on her luggage and using her mobile phone

iStock photo Getty images plus

Skont l-istħarriġ, 72 % ta’ dawk li wieġbu jivvjaġġaw darba jew darbtejn fis-sena biss u 28 % jivvjaġġaw aktar ta’ spiss. 71 % ta’ dawk kollha li wieġbu, isibu li l-SMS, li jirċievu meta jaqsmu fruntiera, b’informazzjoni personalizzata dwar il-prezzijiet u informazzjoni dwar komunikazzjonijiet ta’ emerġenza, huma utli.

Aktar minn 80 % tar-rispondenti jikkonfermaw li l-kwoti tad-data tar-roaming, li huma soġġetti għal xi limiti magħrufa bħala “politika ta’ użu ġust”, huma biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet tagħhom meta jivvjaġġaw, kemm jekk ikunu għal divertiment, xogħol jew studju. Madankollu, biex jiġu evitati ħlasijiet supplimentari, għadd konsiderevoli ta’ roamers jillimitaw il-konsum tad-data tagħhom, jew jitfu r-roaming tad-data jew il-mowbajl tagħhom. 49 % jagħmlu dan okkażjonalment matul is-soġġorn tagħhom. Għalhekk, l-għarfien dwar il-benefiċċji tar-roaming għadu jista’ jitjieb.

Is-sejbiet se jikkontribwixxu għar-rieżami tal-Kummissjoni tar-regoli tal- “Politika dwar l-Użu Ġust”, li jiżguraw li l-operaturi jkunu jistgħu joffru b’mod sostenibbli servizzi tad-data mobbli bi prezzijiet domestiċi lill-konsumaturi tagħhom meta jivvjaġġaw.

Ir-regoli tal-UE dwar ir-Roaming ilhom fis-seħħ minn Ġunju 2017. Fl-2022 ġew estiżi għal 10 snin oħra. L-Ewrobarometru preċedenti dwar ir-Roaming sar fl-2018.

Aktar informazzjoni