
X’inhi WiFi4EU, u kif taħdem?
WiFi4EU hija inizjattiva tal-Unjoni Ewropea li se tipprovdi vawċers b’valur ta’ EUR 15 000 biex ikopru l-ispejjeż tat-tagħmir u tal-installazzjoni tal-punti ta’ aċċess tal-Wi-Fi lil eluf ta’ muniċipalitajiet madwar l-Ewropa. Il-benefiċjarji jagħżlu ċ-“ċentri tal-ħajja pubblika” fejn jiġu installati l-hotspots ta’ WiFi4EU. Il-hotspots tal-Wi-Fi se jiġu installati fi spazji pubbliċi fuq ġewwa jew fuq barra (kunsilli lokali, ċentri tas-saħħa, pjazez pubbliċi, toroq pedonali, eċċ.) fejn ma teżisti ebda offerta simili oħra ta’ konnettività Wi-Fi bla ħlas.
Hija skema ta’ finanzjament simplifikata li għall-ewwel darba se tipprovdi vawċers trasferiti mill-muniċipalitajiet lill-kumpaniji ta’ installazzjoni tal-Wi-Fi li jistabbilixxu l-hotspots.
Il-muniċipalitajiet li jirċievu vawċer huma liberi li jiddefinixxu u jakkwistaw il-proġetti ta’ installazzjoni tal-Wi-Fi lokali tagħhom skont ir-regoli tal-akkwist applikabbli. Huma jistgħu jikkonsultaw il-lista ta’ kumpaniji tal-installazzjoni tal-Wi-Fi reġistrati li joperaw fiż-żona ġeografika tagħhom.
Reġistrazzjoni fil-portal
Ladarba muniċipalità tkun applikat b’suċċess għal vawċer, ikollha perjodu ta’ 18-il xahar biex tiżgura l-installazzjoni tal-hotspot ta’ WiFi4EU. Hija tniedi proċess ta’ akkwist pubbliku għall-għażla ta’ kumpanija tal-installazzjoni tal-Wi-Fi. Bħala kumpanija tal-installazzjoni tal-Wi-Fi, trid tirreġistra fil-portal online, sabiex tirċievi remunerazzjoni għall-valur tal-vawċer mill-Kummissjoni Ewropea.
Kif Tirreġistra bħala Kumpanija tal-Installazzjoni tal-Wi-Fi
Kwalunkwe kumpanija tal-installazzjoni tal-WiFi tista’ tirreġistra fil-portal ta’ WiFi4EU permezz ta’ taqsima ddedikata. Se tintalab tipprovdi d-dettalji li ġejjin:
- Informazzjoni dwar il-kumpanija
- Informazzjoni dwar iż-żona ġeografika (pajjiżi jew żoni fi ħdan il-pajjiż) fejn topera l-kumpanija tiegħek
- Informazzjoni dwar il-persuna ta’ kuntatt.
Ir-reġistrazzjoni fil-portal ta’ WiFi4EU mill-Kumpaniji tal-Installazzjoni tal-Wi-Fi hija essenzjali għall-akkwist tal-vawċer.
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi
Ir-rekwiżiti tekniċi għan-networks ta’ WiFi4EU huma stipulati fil-Mistoqsija Frekwenti 27 u speċifikati aktar fil-kundizzjonijiet tas-sejħa u l-mudell ta’ ftehim ta’ għotja. Dawn ir-rekwiżiti jagħtu d-dettalji tan-numru minimu ta’ punti ta’ aċċess fuq ġewwa u fuq barra, kif ukoll il-kapaċitajiet tekniċi ta’ kull wieħed minn dawn il-punti ta’ aċċess. Jekk jogħġbok irreferi għall-punt 6.2.2 tal-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi sħaħ
Il-proċeduri tal-ħlas
Il-valur tal-vawċer ta’ EUR 15 000 se jitħallas direttament lill-kumpaniji tal-installazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fi żmien massimu ta’ 60 jum. Dan il-pagament se jiġi eżegwit permezz ta’ trasferiment bankarju, wara l-konferma mill-Kummissjoni Ewropea li l-hotspot ta’ WiFi4EU huwa operazzjonali. Huwa esklużivament permezz tal-portal li l-kumpanija tal-installazzjoni u l-muniċipalità kkonċernata jistgħu jinnotifikaw li n-network tal-Wi-Fi huwa installat u operazzjonali. Ladarba l-Kummissjoni tivverifika din l-informazzjoni, hi tħallas is-somma tal-vawċer direttament lill-kumpanija tal-installazzjoni. Il-muniċipalità tħallas kwalunkwe bilanċ ’il fuq mill-valur tal-vawċer dovut lill-kumpanija tal-installazzjoni tal-Wi-Fi.
L-aktar reċenti
Related Content
Big Picture
L-inizjattiva WiFi4EU tippromwovi aċċess bla ħlas għall-Wi-Fi għaċ-ċittadini fi spazji pubbliċi inklużi parks, pjazez, binjiet pubbliċi, libreriji, ċentri tas-saħħa, u mużewijiet fil-muniċipalitajiet madwar l-Ewropa.
See Also
Iċ-ċittadini u l-mistednin ta’ muniċipalitajiet lokali fl-Unjoni Ewropea dalwaqt se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn konnessjoni bil-Wi-Fi bla ħlas f’postijiet pubbliċi bis-saħħa ta’ WiFi4EU. Il-muniċipalità tiegħek tista’ tapplika għal vawċer biex tkopri l-ispejjeż tal...
Bħala muniċipalità fl-Unjoni Ewropea, inti eliġibbli biex tapplika għal vawċer bħala parti mill-inizjattiva WiFi4EU. Il-vawċers, b’valur ta’ EUR 15,000 kull wieħed, se jservu biex jipprovdu lill-komunità tiegħek b’konnessjoni pubblika bla ħlas.