Id-dinjiet virtwali, jew il-metaversi, huma ambjenti immersivi simulati bil-kompjuter. L-UE qed tiżgura li dawn ikunu spazji miftuħa, siguri, affidabbli u inklużivi.
Ippruvajt tinteraġixxi ma’ dinjiet virtwali, imsejħa wkoll metaversi? Id-dinjiet virtwali qed isiru dejjem aktar sofistikati bi stampi aħjar u aktar ċari u avatars aktar simili għall-ħajja. Id-dinjiet virtwali jipprovdu opportunitajiet kif ukoll sfidi. Ikkonsultajna ċittadini bħalek u rridu niżguraw li dawn jirriflettu l-valuri u d-drittijiet fundamentali tal-UE u jrawmu l-innovazzjoni għan-negozji.
Inizjattiva tal-UE dwar il-web 4.0 u d-dinjiet virtwali
L-inizjattiva tal-UE dwar il-web 4.0 u d-dinjiet virtwali tagħtina vantaġġ fit-tranżizzjoni teknoloġika li jmiss.
Il-Kummissjoni adottat strateġija dwar il-Web 4.0 u d-dinjiet virtwali biex tmexxi t-tranżizzjoni teknoloġika li jmiss u tiżgura ambjent diġitali miftuħ, sigur, affidabbli, ġust u inklużiv għaċ-ċittadini u għan-negozji tal-UE u għall-amministrazzjonijiet pubbliċi.
Dinjiet virtwali:
ambjenti persistenti u immersivi bbażati fuq teknoloġiji 3D u tar-realtà estiża (XR).
Web 4.0:
oġġetti u ambjenti diġitali u reali integrati u li jikkomunikaw bejniethom, li jippermettu esperjenzi immersivi.
4 pilastri

L-għoti tas-setgħa lin-nies u t-tisħiħ tal-ħiliet biex jitrawmu s-sensibilizzazzjoni, l-aċċess għal informazzjoni affidabbli u l-bini ta’ riżerva ta’ talent ta’ speċjalisti tad-dinja virtwali.

Negozju: l-appoġġ għal ekosistema industrijali Ewropea tal-Web 4.0 biex tiżdied l-eċċellenza u tiġi indirizzata l-frammentazzjoni.

Il-Gvern: l-appoġġ għall-progress tas-soċjetà u s-servizzi pubbliċi virtwali biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet li jistgħu joffru d-dinjiet virtwali.

Governanza: li jiġu stabbiliti l-istrutturi għall-UE biex tidderieġi l-ftuħ tad-dinjiet virtwali.

23 Rakkomandazzjonijiet
Il-Kummissjoni ospitat Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar id-Dinjiet Virtwali. Grupp rappreżentattiv taċ-ċittadini għamel 23 rakkomandazzjoni dwar l-aspettattivi taċ-ċittadini għall-futur, il-prinċipji u l-azzjonijiet biex jiġi żgurat li d-dinjiet virtwali fl-UE jkunu ġusti u faċli biex jintużaw miċ-ċittadini.
Dinjiet virtwali: Żieda esponenzjali tas-suq
2022
€27 biljun: Id-daqs tas-suq globali tad-dinjiet virtwali
€1.9 biljun: Is-suq tad-dinjiet virtwali fl-industrija tal-karozzi
3700: Ditti, korpi tar-riċerka u tal-gvern fl-UE fis-subdominju tad-dinjiet virtwali

...għal...
2030
€800 biljun: Tkabbirstmat tas-suq globali tad-dinjiet virtwali
€16.5 biljun: Żieda stmata tas-suq fl-industrija tal-karozzi
860 000: Impjiegi ġodda għar-realtà estiża fl-Ewropa sal-2025
Liema dinjiet virtwali se jippermettu
Is-saħħa
L-istudenti u l-professjonisti jistgħu jitħarrġu biex jittrattaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u simulazzjonijiet ta’ kirurġiji: inqas riskji ta’ kumplikazzjonijiet kirurġiċi u preċiżjoni aħjar tad-dijanjożi.
Tranżizzjoni ekoloġika
Il-mudelli 3D jistgħu jissimulaw l-effetti tat-tisħin globali: fehim aħjar tal-kawżi u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tagħhom.
Żminijiet ta’ stabbiliment aktar rapidi u inqas skart f’termini ta’ enerġija, materjali u riżorsi: il-kontribut għat-tranżizzjoni ekoloġika għall-industrija kollha.

L-industrija
Skont manifattur Ewropew tal-karozzi wieħed, sal-2025, id-dinjiet virtwali industrijali se jnaqqsu l-ħin tal-konsenja tal-vetturi b’60 % u l-impronta tal-karbonju tal-manifattura tal-vetturi b’50 %.

Arti u disinn
Mill-moda sal-wirt kulturali, il-mużika, l-arti viżiva jew id-disinn, id-dinjiet virtwali se joffru modi ġodda biex jinħolqu. Se jagħti lill-utenti s-sensazzjoni li jkunu f'mużew attwali, kunċerti, drammi, u ballets immersivi.

Edukazzjoni
Proċess ta’ tagħlim aktar esperjenzali jista’ jgħin lill-istudenti jaċċelleraw it-tagħlim u l-fehim tagħhom tad-dinja.
Kontenut Relatat

Id-dinjiet virtwali, imsejħa wkoll metaversi, se jipprovdu opportunitajiet kif ukoll sfidi. Il...