Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni titlob informazzjoni mis-swieq online Temu u Shein dwar il-konformità mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali

Il-Kummissjoni bagħtet talbiet formali għal informazzjoni (RFIs) lis-swieq online Temu u Shein skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA).

Commission requests information from online marketplaces Temu and Shein on compliance with the Digital Services Act

Il-Kummissjoni qed titlob lil Temu u lil Shein jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jikkonformaw mal-obbligi tad-DSA relatati mal-hekk imsejjaħ “mekkaniżmu ta’ Avviż u Azzjoni” (li jippermetti lill-utenti jinnotifikaw prodotti illegali), l-interfaċċi online (li jenħtieġ li jitfasslu b’mod li ma jqarraqx jew ma jimmanipulax lill-utenti permezz tal-hekk imsejħa “mudelli skuri”), il-protezzjoni tal-minorenni, it-trasparenza tas-sistemi ta’ rakkomandazzjoni, it-traċċabbiltà tan-negozjanti u l-konformità mid-disinn.  

Din l-azzjoni ta’ infurzar hija bbażata wkoll fuq ilment imressaq lill-Kummissjoni mill-organizzazzjonijiet tal -konsumaturi.

Kemm Temu kif ukoll Shein iridu jipprovdu l-informazzjoni mitluba sat-12 ta’ Lulju 2024. Abbażi tal-valutazzjoni tat-tweġibiet, il-Kummissjoni se tivvaluta l-passi li jmiss. Dan jista’ jinvolvi l-ftuħ formali ta’ proċedimenti skont l-Artikolu 66 tad-DSA.

Skont l-Artikolu 74(2) tad-DSA, il-Kummissjoni tista’ timponi multi għal informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba għal informazzjoni. F’każ ta’ nuqqas ta’ tweġiba, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li titlob l-informazzjoni permezz ta’ deċiżjoni. F’dan il-każ, in-nuqqas ta’ tweġiba sal-iskadenza jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali.

Wara d-deżinjazzjoni tagħhom bħala Pjattaformi Online Kbar Ħafna, Temu u Shein huma soġġetti għas-superviżjoni tal-Kummissjoni, inkluż għall-obbligi ġenerali tad-DSA, li daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Frar 2024 u huma soġġetti għat-talba għal informazzjoni mibgħuta fit-28 ta’ Ġunju. Temu u Shein ukoll ikomplu jiġu ssorveljati fir-rigward tal-obbligi ġenerali tagħhom skont id-DSA mill-Coimsiún na Meán u l-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur bħala l-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda. Temu u Shein għandhom erba’ xhur mid-deżinjazzjoni biex jikkonformaw mar-regoli aktar stretti skont id-DSA, b’mod partikolari l-obbligu li jivvalutaw u jimmitigaw kif xieraq kwalunkwe riskju sistemiku li jirriżulta mis-servizzi tagħhom, bħat-tixrid ta’ prodotti mhux sikuri u ffalsifikati.