
Roberto Viola huwa d-Direttur Ġenerali tad-DĠ CONNECT (Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, in-Netwerks, il-Kontenut u t-Teknoloġija) fil-Kummissjoni Ewropea.
Huwa kien id-Deputat Direttur Ġenerali tad-DĠ CONNECT, il-Kummissjoni Ewropea mill-2012 sal-2015.
Roberto Viola serva bħala President tal-Gruppgħall-Politika Ewropea dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG) mill-2012 sal-2013, bħala Viċi President fl-2011 u President fl-2010. Huwa kien membru tal-Bord tal-BEREC (Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni), u President tal-Grupp Regolatorju Ewropew (ERG) fl-2007.
Huwa okkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali inkarigat mill-ġestjoni tal-AGCOM, mill-2005 sal-2012. Qabel dan, huwa serva bħala Direttur tad-Dipartiment tar-Regolamentazzjoni u Direttur Tekniku fl-AGCOM mill-1999 sal-2004.
Mill-1985-1999 serva f'diversi pożizzjonijiet inkluż bħala Kap tas-Servizzi tat-Telekomunikazzjoni u x-Xandir bis-Satellita fl-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA).
Roberto Viola għandu lawrja fl-Inġinerija Elettronika u Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju (MBA).