Skip to main content
Shaping Europe’s digital future

Servizzi pubbliċi u ambjenti diġitali

Il-Kummissjoni qed tuża t-teknoloġiji diġitali biex ittejjeb is-servizzi pubbliċi u tiżviluppa bliet intelliġenti.

Is-servizzi pubbliċiintelliġenti, magħrufa wkoll bħala servizzi pubbliċi diġitali jew Gvern elettroniku, jirreferu għall-użu tat-teknoloġija biex jiġu pprovduti servizzi liċ-ċittadini fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali. Dawn joffru ħafna opportunitajiet kemm liċ-ċittadini kif ukoll lin-negozji: l-istudenti jistgħu japplikaw biex jistudjaw barra minn pajjiżhom, iċ-ċittadini jistgħu jiftħu kontijiet bankarji online, u l-ħaddiema jistgħu jippreżentaw it-taxxi billi jagħfsu buttuna. 

L-UE qed taħdem biex tgħin lill-amministrazzjonijiet pubbliċi madwar l-Ewropa jagħmlu l-bidla għad-diġitali sabiex iċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tas-servizzi pubbliċi intelliġenti matul id-Deċennju Diġitali. Qed tiffoka fuq it-tnaqqis tal-ostakli għas-servizzi pubbliċi u fuq l-iżgurar li dawn ikunu aċċessibbli bejn il-fruntieri. 

L-azzjonijiet li diġà ttieħdu mill-Kummissjoni jinkludu:

  • l-iżgurar li l-pjattaformi Ewropej ikunu jistgħu jaħdmu flimkien u jinteraġixxu ma’ xulxin;
  • il-finanzjament ta’ proġetti ta’ parteċipazzjoni elettronika fuq skala kbira;
  • l-inkoraġġiment tas-servizzi pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini biex jikkondividu soluzzjonijiet permezz tal-pjattaforma JoinUp;
  • l-istandardizzazzjoni tar-rekords elettroniċi tas-saħħa.
  • Il-ħolqien ta’ Sistema Teknika ta’ Darba Biss,li tgħaqqad lill-awtoritajiet pubbliċi tal-UE, sabiex ikunu jistgħu jiskambjaw dokumenti u data uffiċjali fuq talba taċ-ċittadin, filwaqt li tiġi eliminata l-ħtieġa li ċ-ċittadini jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet jekk awtorità oħra diġà jkollha dik l-informazzjoni f’format elettroniku (dan ipoġġi fil-prattika l-Prinċipju ta’ Darba Biss).

Faċilitatur ewlieni għas-servizzi pubbliċi diġitali huwa li niżguraw li jkollnaidentitàdiġitalisigura.  Il-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali se toffri mod sikur u faċli għaċ-ċittadini, ir-residenti u n-negozji Ewropej biex jagħtu prova ta’ min huma, meta jaċċessaw is-servizzi diġitali, madwar l-UE kollha.

L-UE qed tappoġġa wkoll l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet diġitali bbażati fuq l-IA għal bliet intelliġenti madwar l-Ewropa.

Il-bliet intelliġentijużaw teknoloġija innovattiva u emerġenti biex isiru aktar effiċjenti. Huma jagħmlu dan billi jużaw sensuri biex jiġbru d-data, u jużaw dik id-data biex itejbu l-mod kif taħdem il-belt. Pereżempju, il-miters intelliġenti tal-enerġija jgħinuna naraw jekk bini huwiex qed jissaħħan b’mod effiċjenti. Sadanittant, id-data miġbura dwar it-trasport tista’ tgħinna ntejbu l-kapaċità tat-toroq u nnaqqsu l-impatt fuq l-ambjent.  

Il-bliet intelliġenti jġibu wkoll benefiċċji diretti għaċ-ċittadini, bħal spazji pubbliċi aktar sikuri u appoġġ għal popolazzjoni li qed tixjieħ. Min-naħa l-oħra, l-involviment taċ-ċittadini huwa essenzjali għall-ħolqien ta’ bliet innovattivi, intelliġenti u sostenibbli. Permezz tal-pjattaformi diġitali, iċ-ċittadini jistgħu jikkomunikaw direttament il-ħtiġijiet, it-tħassib u l-ideat tagħhom. Dan irawwem sens aktar b’saħħtu ta’ involviment tal-komunità, li jwassal għal servizzi pubbliċi diġitali aktar reattivi u effettivi.

L-Aħħar Aħbarijiet

Kontenut Relatat

Ħarsa aktar fil-fond

Akkwist ta’ innovazzjoni fl-ICT

Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġa l-akkwist tal-innovazzjoni bħala għodda biex jitwasslu soluzzjonijiet għall-isfidi ekonomiċi u tas-soċjetà.

Bliet u Komunitajiet Intelliġenti

Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem ma’ bliet u komunitajiet intelliġenti biex tindirizza l-isfidi lokali, tipprovdi servizzi aħjar liċ-ċittadini u tilħaq l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Saħħa elettronika

Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem biex tipprovdi liċ-ċittadini aċċess għal servizzi diġitali sikuri u tal-ogħla kwalità fis-saħħa u l-kura.